Internazzjonali

L-aħwa Menendez għandhom jiġu mressqa mill-ġdid

Erik u Lyle Menendez – iż-żewġ aħwa misjuba ħatja tal-qtil tal-ġenituri tagħhom f’każ li heżżeż l-Amerika aktar minn 30 snea ilu, għandhom jiġu imressqa mill-ġdid u jinħelsu bil-parole. Dan irrakkomandah l-avukat tal-Istat tad-distrett tal-Kontea ta’ Los Angeles.

Matul il-kumpilazzjonijiet tagħhom lura fis-snin 90, il-prosekuturi pinġew lill-aħwa bħala tfal sinjuri li ppjanaw il-qtil sabiex jiksbu aċċess għall-ġid tal-ġenituri tagħhom.

Iżda l-avukati difensuri tagħhom argumentaw li l-aħwa kienu vittmi ta’ snin twal ta’ abbuż emozzjonali, fiżiku u sesswali u aġixxew hekk biss frott l-itess tbatija li huma allegatament għaddew minnha.