Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrew’s bdew l-impenji tagħhom fi grupp 7 tar-round prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League meta dawru telfa f’rebħa sabiex għelbu lil Georgians Tbilisi 2-1.
It-tim minn Georgia ħasad lit-tim Malti hekk kif mar minn fuq wara minuta permezz ta’ Irakli Todua li kkonkluda wara kontrattakk veloċi.
Luxol ġabu l-iskor indaqs fit-13-il minuta permezz ta’ Celino Alves li x-xutt b’saħħtu tiegħu għeleb lill-goalkeeper avversarju.
It-tim minn St Andrew’s skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa hekk kif Maicon irċieva tajjeb mil-lemin u b’xutt mill-ewwel għeleb għat-tieni darba lil Beka Tkemaladze.
Luxol jilagħbu t-tieni logħba minn din il-kompetizzjoni meta jaffaċċjaw lill-Finlandiżi ta’ Akaa ,fi Sportova Hala Arena ta’ Lucenec,
//= $special ?>