Lokali

Malta Meat Free Week 2024 – L-ikbar kampanja s’issa!

Malta qed tħejji għall-ikbar inizjattiva ta’ Malta Meat Free Week li qatt ġiet organizzata. Din ser isseħħ bejn it-28 ta’ Ottubru u t-3 ta’ Novembru!

Din is-sena, il-kampanja mistennija jkollha impatt ikbar mis-soltu grazzi għall-appoġġ ta’ diversi influencers, personalitajiet u esperti li qed iħeġġu lil kulħadd biex jadotta l-benefiċċji ta’ dieta
bbażata fuq il-pjanti għall-ġimgħa.

Fost il-personalitajiet lokali li qed iħeġġu din il-kawża hemm Valentina Rossi, Trudy Kerr,
Tamara Webb, Madeline Baldacchino, Errol Sammut, Althea Galea, Alison Bezzina, Moira
Delia, Frank Zammit, Dylon Brignano, Jenko u Maxine Formosa Gruppetta, flimkien ma’
ħafna oħrajn mid-dinja tal-ambjent u l-annimali li qed joffru l-vuċi tagħhom għal din l-isfida importanti.

Dawn qed jispiraw lin-nies Maltin biex jidħlu għal stil ta’ ħajja mingħajr laħam għal ġimgħa permezz ta’ kampanji fuq il-midja soċjali, dehriet fuq it-TV u kontenut online.