L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fakkret li, mill-1 ta’ Novembru 2024, huwa skedat li jiġu attivati miżuri tekniċi mill-operaturi tan-netwerks lokali sabiex jimblukkaw telefonati li jaslu Malta minn netwerks barranin fejn il-‘Caller ID’ ikun numru Malti bil-prefiss ‘+356 1’, ‘+356 2’, jew ‘+356 8’.
Barra minn hekk, se jsir iffiltrar addizzjonali biex jiġu mblukkati telefonati b’numri Maltin invalidi jew ipprojbiti. Dawn il-miżuri jista’ jkollhom impatt fuq l-utenti ta’ soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-internet jew cloud li joffru l-possibiltà li l-utent jagħmel telefonati fejn il-‘Caller ID’ ikun numru Malti b’dawn il-prefissi.
Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-MCA relatati mal-ġlieda kontra t-telefonati qarrieqa, jew dwar il-miżuri ta’ mblukkar li se jidħlu fis-seħħ dalwaqt, tista’ tinstab fis-sezzjoni rispettiva tal-Mistoqsijiet li Jsiru ta’ spiss fuq is-sit web tal-MCA www.mca.org.mt/mt/faqs.
//= $special ?>