33% tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku – il-pajjiż qiegħed jiddependi wisq fuq il-Gvern minflok qiegħed jiddiċentralizza u jqassam il-poteri.
Dan intqal waqt laqgħa bejn il-UĦM – Voice of the Workers u l-Partit Nazzjonalista l-Ġimgħa waranofsinhar fejn matul il-laqgħa ħareġ biċ-ċar il-qbil li kien hemm bejn iż-żewġ partijiet, u konverġenzi fl-ideat.
Net News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-UĦM – Voice of The Workers Josef Vella fejn insista li hemm qbil fl-ideat mal-Partit Nazzjonalista.
Josef Vella insista dwar il-bżonn li l-Gvern jindirizza b’mod serju l-isfida fid-demografija tal-pajjiż ċioè in-nuqqas ta’ rata ta’ twelid. Madankollu, saħaq li mill-Budget ta’ nhar it-Tnejn il-UĦM qed titlob sabiex il-Gvern jieqaf jintaxxa l-għajnuna tal-COLA.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li kulħadd qed jifhem li hemm bżonn li jsir xi ħaġa fil-pajjiż … u li l-poplu Malti u Għawdxi għandu bżonn direzzjoni ċara.
Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-poplu u ż-żgħażagħ jeħtieġu direzzjoni ċara għal ġejjieni aħjar. Huwa insista li flimkien mal-UĦM intlaħaq qbil dwar il-bżonn ta’ tkabbir ekonomiku li jagħmel sens u li jsaħħaħ il-familji Maltin u Għawdxin.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ix-Shadow Ministers Ivan J. Bartolo, Jerome Caruana Cilia u Ivan Castillo.
//= $special ?>