Futbol Sport

Rebħa komda għal Hibernians fuq Melita

(Ritratt: Joseph Galea)

HIBERNIANS…………………2

MELITA…………………………..0

Hibernians: P. Nino, K. De Lima (D. Xuereb 72′) , A. Silas, K. Shaw, L. Caruana, A. Attard (J. Portelli 82′) , J. Degabriele (I. Chukunyere 72′) , A. De Souza, G. Bastianos (N. Miullen 82′) , P. Silva, G. Alves

Melita: G. Mizzi, A. Pena, G. Barone, J.P. Attard, K. Mohnani (P. Galea Testaferrata 74′) , A. Da Costa, ,M. Debattista (D. Xuereb 46′) , M. Bovenkamp, A. Morlets, N. Cutajar (E. Attard 46′) , K. Bondin (J. Micallef 85′)

Referee: Daniel Casha

Assistenti Referees: J. Spiteri, S. Calleja

Hibernians irritornaw għar-rebħ u kisbu rebħa komda ta’ 2-0 fuq Melita. Hibs fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw li kkonkluda fuq freekick ta’ Jurgen Degabriele.

Hibernians irduppjaw qabel il-mistrieħ meta kien Degabriele li kkonkluda wara azzjoni tajba ma’ Giannis Bastiannos. Fil-61 minuta, Melita sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Aldair Simanca Pena.