Futbol Sport

Rebħiet għal Udinese u Torino…titħassar Bologna kontra Milan

(Ritratt: EPA)

Il-Ġimgħa filgħaxija mis-Serie A ntlagħbu żewġ partiti. Udinese kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Cagliari bil-gowls ikunu skorjati minn Lorenzo Lucca fl-ewwel taqsima u Keinan Davis fit-78 minuta.

F’partita oħra Torino kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Como. Il-gowl deċiżiv wasal fil-75 minuta permezz ta’ Alieu Eybi Njie.

Intant il-konfront bejn Bologna u Milan tħassar wara l-maltemp li ħakem fl-aħħar jiem lill-belt ta’ Bologna.