Mara ta’ 55 sena ġiet ikkundannata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammettiet li ffrodat kumpanija l-ammont ta’ €43,400. Gemma Bernice Caruana, residenti San Pawl il-Baħar, ammettiet li wettqet dan ir-reat bejn l-2020 u l-2023.
Meta ġie biex jagħti l-piena, il-Maġistrat Kevan Azzopardi kkunsidra li hija ħallset lura l-ammont kollu ffrodat u qies ukoll l-ammissjoni tagħha fil-każ. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li hija ikkollaborat mal-Pulizija, u li hi ħallset l-ammont kollu frodat qabel inbdew il-proċeduri.
Kien għalhekk li kkundannaha 24 xahar ħabs sospiżi li jidħlu fis-seħħ jekk twettaq reat ieħor fi żmien erba’ snin.
//= $special ?>