It-timijiet Maltin tat-Table Football ser ikunu qed jikkompetu fiċ-Champions u Europa League fil-Greċja u Portugall, rispettivament, fi tmiem din il-ġimgħa.
Fiċ-Champions League, iċ-champions renjanti ta’ Malta, Valletta Subbuteo Club, rankjati numru tlieta fid-dinja, ser ikunu rappreżentati minn Jurgen Balzan, Samuel Bartoli, Angelo Borg, Joseph Borg Bonaci u Mark Gauci.
Intant, it-tim rankjat numru wieħed fil-klassifika mondjali, Bormla Subbuteo Club, ser ikun rappreżentat minn Charlie Aquilina, Josef Camilleri, Mauro Camilleri, George Ebejer, Jason Pisani u Jean Tabone flimkien mal-Belġjani Bessim Golger u William van den Houte.
Fl-Europa League, it-tim ta’ Valletta Lions TFC ser ikun kompost minn Steve Austin, Adrian Bonnici, Jeshua Bonnici u Frank Chetcuti Dimech flimkien mal-Portugiżi Miguel u Max Pereira, dan tal-aħħar frisk mir-rebħ tat-titlu tat-tazza tad-dinja ta’ taħt it-tnax-il sena.
Finalment, ukoll fl-Europa League, H’Attard Subbuteo Club ser ikunu rappreżentat minn Walter Attard, Stanley Farrugia Randon, Robert Farrugia Randon, Tristan Fenech u Mario Fleri Soler flimkien mal-akkwist il-ġdid, il-Belġjan Pierre de Leeuw.
Flimkien mat-timijiet Maltin, ser ikun hemm ukoll diversi plejers Maltin jikkompetu ma’ timijiet barranin. Fiċ-Champions League, Hansel Mallia ser ikun parti mit-tim ta’ Fiamme Azzure filwaqt li Emmanuel u Isaac Camilleri ma’ Langton Green tal-Inghilterra. Intant, Jamie Bonnici u Patrick Pace ser ikunu parti mill-kontinġent ta’ SS Lazio fl-Europa League.
//= $special ?>