Ġiet uffiċjalment imnedija Assoċjazzjoni sabiex tkun ta’ appoġġ għall-irġiel li jintlaqtu mill-marda tal-kanċer – organizzazjoni li hija l-ewwel tat-tip tagħha f’Malta.
L-Assoċjazzjoni MMCSA, għadha numru ta’ għanijiet fosthom li tkun ta’ appoġġ u li tipprovdi għajnuna ħolistika mhux biss lil dawk li jkollhom il-kanċer imma anka għal familji tagħhom.
Il-Male Cancer Support Association għandha l-għan ukoll li tinforma lill-pubbliku dwar l-importanza tal-prevenzjoni tal-kanċer, li huma assoċjati mal-irġiel, kif ukoll li jkun hawn l-għarfien biex il-kanċer jinqabad fi stadju bikri.
Dan hekk kif iżjed ma jkun hawn għarfien, tonqos dejjem aktar l-istigma; u b’hekk l-irġiel ifittxu trattament iżjed malajr.
Għan ieħor ta’ din l-Assoċjazzjoni huwa li jippromwovu r-riċerka u l-istudju biex b’hekk dejjem ikun hawn iżjed għarfien dwar il-kanċer fl-irġiel.
Fl-aħħar mll-aħħar l-Assoċjazzjoni tixtieq li trawwem kommunità ta’ appoġġ permez ta’ laqgħat fi gruppi, sessjonijiet one-to-one ma’ professjonisti u riżorsi kruċjali għall-pazjenti u l-familji.
//= $special ?>