Neil Camenzuli
GŻIRA UNITED…………0
BIRKIRKARA……………1
Gżira United: J.Haber, Ga.Mentz, J.Minala (F. Hasanny 80’), E. Pepe, T.Aldama, Z.Scerri (K.Tulimieri 63’), M. Dias (A. Borg 80 min), C.Saint, A. Paixao, F. Zuniga, T.Espindola (J.Pisani 46’).
Birkirkara: G.Volpe, M.Morelio, A.Sandona, P.Gaietan, P. Mbong, A.Satariano, L. Lacunza, N.Micallef, N.Cross, M.Maia (J.Etoha 79 min), G.Yikpe.
Skorjaw: A.Sandona 14’ (B)
Imwissija: T.Espindola 25’, J.Minala 29’, F.Zuniga 49’ G.Mentz 60’, T.Aldama 61’, E.Pepe 83’ (G) L.Lacunza 35’, M.Maia 61’, P.Gaitain 66’
Referees: Slobodan Petrovic
Ass.Referees: Duncan Sultana u Duncan Spencer
Birkirkara kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva hekk kif għelbu lil Gżira United bl-iskor minimum ta’ 1-0, partita xejn faċli għall-Istripes, però li kompliet turi għala Birkirkara jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.
Alexander Satariano kellu partita stupenda oħra meta beda fuq nota tajba hekk kif wara 12-il minuta impenja lil Justin Haber b’xutt b’saħħtu, biex minuta wara l-Istripes marru fil-vantaġġ permezz ta’ Agustin Sandora li xeħet ġewwa – it-tieni konklużjoni wara li l-ewwel xutt kien salvat minn Haber.
Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Gżira b’ċans tajjeb minn Zachary Scerri minn barra l-kaxxa li jgħaddi ftit barra, biex b’hekk l-iskor jibqa’ 1-0 sal-intervall.
Satariano b’azzjoni oħra din id-darba jibqa’ javvanza waħdu u jara x-xutt tiegħu mblukkat mid-difiża.
Fit-82 minuta Thaylor Aldama jittanta xortih b’Volpi jinterċetta tajjeb, bil-partita tintemm 1-0.
Alexander Satariano ppressat minn Zachary Scerri, bir-referee Slobodan Petrovic isegwi l-azzjoni (Ritratt: Trevor Sollars)
//= $special ?>