Sport Sport Ieħor

Drag Racing u Basketball fit-tielet programm

Għada fuq NET Television mill-5.10 pm ‘l quddiem jixxandar it-tielet programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.  Fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar il-partecipazzjpni tas-sewwieq Malti tad-drag racing DUNCAN MICALLEF li fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-FIA ta’ din is-sena temm fit-tieni posizzjoni.

It-tieni parti tal-programm dedikata lil basketball u r-ritorn ta’ tim Malti fil-FIBA Europe Cup wara nuqqas ta’ 32 sena. Riferenza għal partiti li Starlites JSD kellhom kontra Anorthosis Famagusta flimkien mal-kowc PAUL FERRANTE u l-captain tat-tim IAN FELICE PACE .      

SPORT EXTRA  għandu lil Carla Genovese bħala assistenta tal-produzzjoni u muntaġġi u filmati minn Keith Mizzi u Bernie Dimech .