Futbol Sport

Floriana jerġgħu jitilgħu fit-tieni post b’rebħa kbira fuq Balzan

(Ritratt: Trevor Sollars)

Neil Camenzuli

FLORIANA…………3

BALZAN…………….0

Floriana: H. Mafoumbi, O.El Hansi, J. Grech (L. Accarino – 83), K. Reid, T.Nascimento (K.Nwoko 83’), D. Vella (N.Cassar 89′), M.Garcia (E.Santos 70’), F.Sasere (G.Roders 89’), A. Kouro, F.Rodrigues, C.Yamaeogo

Balzan: D. Golovic, S. Arab, T.Caruana (M.Lima 59’), N. Pulis, I.Westendorf (B. Hil 76’), J.Busuttil, D.Awosanya, B.Stanic (G.Farrugia 76’), J. Grech (M.Grima 83’), K.Williams, A.Akpan (E.Buschman-Dormund 59’)

Skorjaw: F.Sasere 8’, 49’, T.Nascimento 64’ (F)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Mitchell Scerri

Floriana jerġgħu jitilgħu fit-tieni post b’rebħa konvinċenti għall-aħħar kontra Balzan bl-iskor ta’ 3-0, bil-Greens jirritornaw għar-rebħ.

Franklin Sasere kompla l-forma impekkabli tiegħu hekk kif sab ix-xibka f’żewġ okkażjonijiet u għas-seba’ darba fil-kampjonat wara biss 9 partiti.

Sasere fetaħ l-iskor wara 8 minuti logħob meta kompla ġewwa l-kross ta’ Yameogo miil-lemin. Il-Greens ikomplu jattakkaw fl-ewwel taqsima hekk kif Garcia jittanta xortih minn barra l-kaxxa biex xutt tiegħu jiġi salvat minn Golovic.

Il-Greens jitħlu jistrieħu bil-vantaġġ minimu ta’ 1-0.

Ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima Floriana jkomplu jattakkaw u jkabbru l-vantaġġ permezz ta’ l-istess Sasere li jixħet ġewwa mill-viċin għal darb’oħra.

Fit-63 minuta l-Greens jagħmluhom 3-0, din id-darba Thiago Nascimento jniżżel ismu fost l-iskorers meta l-istess Nascimento nterċeta l-ballun f’nofs il-grawnd u jilagħab lejn Grech li jerġgħa jsib lil Nascimento li jikkonludi bil-kalma fix-xibka.

Thiago Nascimento jegħleb lil Golovic għat-tielet gowl ta’ Floriana (Ritratt: Trevor Sollars)