L-edizzjoni tal-2024 tar-Rolex Middle Sea Race, l-aktar tellieqa magħrufa ta’ 600 mil fil-Mediterran, kienet waħda mill-aktar memorabbli. L-edizzjoni ta’din is-sena ntemmet b’suċċess iktar kmieni llum meta r-Royal Malta Yacht Club ospita l-għoti ta’premijiet ġewwa d-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi.
L-istejjer ewlenin ta’ suċċess fir-Rolex Middle Sea Race 2024:
– Red Bandit ta’ Carl-Peter Forster – Rebbieħ Ġenerali taħt IRC
– Scallywag 100 ta’David Witt – Rebbieħ Monohull Line Honours
– Marina 21 ta’ Milan Kolacek & Milan Tomek – Rebbieħ tal-Klassi Double-Handed IRC
– Kuka 3 ta’ Franco Niggeler – Rebbieħ Trofew Boccale del Mediterraneo ORC
Qabel il-preżentazzjoni tal-premijiet, il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club, David Cremona qal dan: “Il-45 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tkompli tibni fuq l-istorja rikka tal-avveniment, u tkompli tikkonferma postha bħala waħda mit-tlielaq offshore l-aktar ikoniċi fid-dinja, waqt li tkompli tiżviluppa sena wara sena.” Huwa ħass li dan is-suċċess kien grazzi għal diversi fatturi, l-aktar id-diversità u l-kompetittività tal-flotta, flimkien mal-impenn tas-sidien u l-ekwipaġġi. Cremona semma il-mijiet ta’ nies li jaħdmu bla waqfien biex jagħmlu dan l-avveniment possibbli.
“Jeħtieġ li nieħu mument biex nirrikonoxxi ix-xogħol enormi li jsir wara l-kwinti tar-Rolex Middle Sea Race. Il-pjanar jibda kważi immedjatament wara kull tellieqa, u jiġbor flimkien individwi li jgħinu biex dan l-avveniment isir realtà kull Ottubru. Grazzi speċjali jmorru lill-tim immexxi mir-Rear Commodores Georges Bonello DuPuis, li flimkien mal-Kumitat tat-Tellieqa u l-Uffiċjali tat-Tellieqa tal-RMYC, bl-appoġġ tar-RORC, wasslu għal avveniment tassew straordinarju.”
Cremona rrifera ukoll għall-kundizzjonijiet ta’ sfida li ltaqgħu magħhom lill-ekwipaġġi u lil dawk fuq l-art: “Kull edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race ġġib magħha sfidi u stejjer differenti. Din is-sena ma kinitx differenti, speċjalment bil-kundizzjonijiet ħorox tat-temp fl-ewwel jum. Diversi timijiet kellhom jirtiraw. Matul dan kollu, it-tim tal-ġestjoni tat-tellieqa baqa’ viġilanti, isegwi s-sitwazzjoni li kienet qeda tiżviluppa u żamm komunikazzjoni kontinwa mal-jottijiet. L-azzjonijiet rapidi u deċiżivi tagħhom kienu kruċjali biex jassiguraw is-sigurtà u l-immaniġġjar tajjeb ta’ dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.”
Barra mill-ekwipaġġi parteċipanti, l-okkażjoni kienet preżenti għal mistednin distinti, partikolarment l-Ambaxxatur Taljan Fabrizio Romano u l-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono, li qalet: “Din is-sena kien ta’ pjaċir naraw li l-avveniment attira 112-il dgħajsa minn 30 pajjiż differenti. Ftit huma dawk ix-xeni li jsaħħnu l-qalb tal-Maltin daqs ix-xena tal-jottijiet ħerġin mill-Port il-Kbir fil-bidu tar-Rolex Middle Sea Race. Ir-Royal Malta Yacht Club jistħoqqlu r-ringrazzjament tagħna għall-kontribut imprezzabbli fil-promozzjoni tal-gżejjer tagħna b’mod effettiv u tangibbli sena wara sena.”
It-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda s-Sibt, 18 ta’ Ottubru 2025.
IRC Overall & Rebbieħ tat-Trofew tar-Rolex Middle Sea Race
Red Bandit, Carl-Peter Forster, GER
Rebbieħa IRC Class
IRC 1 Balthasar, Rogier Overveld, MLT
IRC 2 Red Bandit, Carl-Peter Forster, GER
IRC 3 Long Courrier, Géry Trentesaux, FRA
IRC 4 Elusive 2, Aaron, Christoph & Maya Podesta, MLT
IRC 5 Calypso, Sebastian Ripard & Daniel Calascione, MLT
IRC 6 Zephyr, Simon Toms, GBR
Monohull Line Honours, RLR Trophy, rebbieħ tal-Malta Tourism Authority Trophy (L-ewwel jott barrani)
Scallywag 100, David Witt, HKG
Kategorija ORC Overall & Rebbieħ tat-Trofew Boccale del Mediterraneo
Kuka 3, Franco Niggeler, SUI
Rebbieħa ORC Class
ORC 2 Kuka 3, Franco Niggeler, SUI
ORC 3 Afazik Impulse, Yves Grosjean, FRA
ORC 4 Elusive 2, Aaron, Christoph & Maya Podesta, MLT
ORC 5 Marina 21, Milan Kolacek & Milan Tomek, CRO
ORC 6 Calypso, Sebastian Ripard and Daniel Calascione, MLT
L-Ewwel Dgħajsa b’Skipper Malti u Ekwipaġġ Magħmul l-Akbar Parti Minn Maltin – rebbieħ it-Trofew Transport Malta
Artie III, Lee Satariano & Christian Ripard, MLT
L-Ewwel Dgħajsa Maltija taħt IRC u rebbieħa tat-Trofew Arthur Podesta
Elusive 2, Aaron, Christoph & Maya Podesta, MLT
L-Ewwel Dgħajsa Maltija taħt ORC u rebbieħa tat-Trofew Teddy Borg
Calypso, Sebastian Ripard and Daniel Calascione, MLT
Yachting Malta Nations Cup (Pajjiż bl-aħjar rizultat b’ħin korret IRC)
France – Teasing Machine, Spirit of Lorina, Long Courrier,
Trofew tal-Ambaxxatur Taljan għall-Ispirtu Sportiv
Jarhead, Gary Merceica, MLT & JYS Jan, Claudio Bugeja, MLT
L-Ewwel Jott Taljan taħt ORC u rebbieħ tat-Trofew Federazione Italian Vela Trophy
BeWild, Renzo Grottesi, ITA
MOCRA award for best Multihull
Picomole, Aldo Fumagalli, ITA
RMYC Sustainability Award
Sagola Spartivento, Beppe Fornich, ITA
77 minn 112-il jott temmew it-tellieqa, filwaqt li 35 rtiraw.
//= $special ?>