Lokali

Il-bastimenti tal-Gozo Channel mill-ġdid sospiżi minħabba theddida ta’ bomba oħra

Ritratt: Mill-arkivji

Il-bastimenti tal-Gozo Channel reġgħu ġew sospiżi minħabba li l-awtoritajiet ġew infurmati li kien hemm theddida ta’ bomba oħra. Din hi t-tieni darba li saret theddida ta’ bomba fl-aħħar 8 sigħat.

It-telefonata saret għall-ħabta tat-3 pm fejn bħalissa l-forzi tal-ordni u s-servizzi tal-emerġenza għaddejjin b’ħidma b’tama li dan il-każ jirriżulta wkoll fin-negattiv.

Il-port tal-Imġarr u t-terminal taċ-Ċirkewwa bħalissa huma magħluqa, bis-servizzi tal-Gozo Channel u tal-Gozo Fast Ferry jinsabu sospiżi. Barra minn hekk, timijiet tal-EOD qed jagħmlu tfittxija bir-reqqa kemm taħt l-ilma kif ukoll fuq il-bastimenti kollha, flimkien mat-terminals tal-bastimenti tal-Gozo Channel biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ.

Il-Pulizija qed tinvestiga dawn it-telefonati sabiex min qiegħed wara dawn l-azzjonijiet, jinqabad u jitressaq quddiem il-ġustizzja.