Il-Fondazzjoni ALIVE għalqu l-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għal din is-sena permezz ta’ Pink October fejn irnexxielhom jiġbru €100,000 oħra sabiex jingħataw lil RIDT għal proġetti ta’ riċerka dwar il-kanċer.
Dawn il-proġetti jsiru minn riċerkaturi fi ħdan l-Università ta’ Malta fejn qed jirriċerkaw il-possibbiltà li l-kanċer jinqabad kemm jista’ jkun kmieni, l-istudju fid-dettall dwar il-kanċer u l-għażliet differenti biex jitjieb it-trattament, fost l-oħrajn.
Il-pass ‘il quddiem għall-kampanja ALIVE tkun li s-somma ta’ donazzjonijiet taqbeż il-€1,000,000 b’risq RIDT.
//= $special ?>