Iżrael fetħu mill-ġdid l-attakki mill-ajru fuq il-bażi militari tal-Iran; attakki li damu fuq firxa ta’ sigħat sħaħ bla waqfien.
Dawn l-attakki seħħew qabel twissija mill-awtoritajiet Iżraeljani sabiex l-Iran ma jirritaljax għaliex il-konsegwenzi jkunu ferm ikbar.
L-Iran qal li l-attakki kienu mmirati lejn bażijiet militari fil-provinċji ta’ Ilam, Khuzestan u Tehran, u kkawżaw “ħsara limitata”.
Żewġ suldati Iranjani nqatlu kawża ta’ dan, bl-istqarrija maħruġa mill-armata Iranjana tgħid li s-suldati mietu waqt li kienu qed jippruvaw iwaqqfu l-attakki minn Iżrael.
Din kienet l-ewwel darba li l-militar ta’ Iżrael attakka fil-miftuħ lill-Iran, wara li dan kien ilu ma jaffaċċja attakki ta’ dan it-tip mis-snin tmeninijiet.
Dan l-attakk qed jirriskja li jimbotta lill-għedewwa eqreb lejn gwerra ikbar hekk kif il-vjolenza madwar il-Lvant Nofsani qed tiġri wara l-attakk tal-Ħamas fuq Iżrael f’Ottubru tas-sena l-oħra.
Il-Ħamas f’Gaza, u l-Hezbollah fil-Libanu, kienu involuti fi gwerra ma’ Iżrael wara l-qtil ta’ madwar 1,200 ruħ f’Iżrael mill-militanti tal-Ħamas u l-ħtif ta’ 250 ruħ.
//= $special ?>