Futbol Sport

Napoli jirbħu r-raba’ rebħa konsekuttiva, Atalanta devastanti kontra Verona

(Ritratt: EPA)

Napoli komplew il-forma tajba tagħhom taħt Antonio Conte hekk kif kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fis-Serie A meta għelbu lil Lecce bl-iskor minimum ta’ 1-0.

Napoli ħasbu li fetħu l-iskor fis-26 minuta meta d-difensur laterali Giovanni Di Lorenzo sab ix-xibka għall-ewwel darba fil-partita meta xeħet ġewwa mill-viċin wara li l-ewwel xutt ta’ Ngonge ġie salvat, madankollu Di Lorenzo kien jinsab f’pożizzjoni rregolari.

Fit-73 minuta Di Lorenzo sab ix-xibka għat-tieni darba u din id-darba kien validu, bil-laterali jixħet mill-viċin mis-suġġeriment bir-ras ta’ McTominay.

Partita straodrinarja minn Atalanta li għelbu lil Verona bl-iskor kbira ta’ 6-1.

La Dea bdew jiskorjaw mal-ewwel ftit minuti hekk kif wara biss sitt minuti l-midfielder u l-captain Martin De Roon kompla ġewwa bi bravura l-azzjoni impekkabli ta’ Lookman.

Mateo Retegui sab ix-xibka tliet minuti wara, u għal darb’oħra Ademola Lookman ikun fiċ-ċentru tal-azzjoni u jikkrea l-gowl.

Fl-14-il minuta Atalanta jkomplu jiskorjaw din id-darba Charles De Ketelaera jiskorja gowl mil-isbaħ minn assist ieħor ta’ Lookman, bil-Belġjan jikkonkludi bl-isbaħ mod bil-kalma kontra Montipo.

Atalanta devastanti fl-ewwel taqsima hekk kif fit-28 minuta jasal l-ewwel gowl ta’ Lookman wara li diġà ta żewġ suġġerimenti.

Lookman, bid-dopjetta personali fl-34 minuta għall-ħames gowl tal-partita u jixħet f’lasta vojta mill-pass ta’ Emerson.

Fil-41 minuta Verona jiskorjaw gowl lura minn Amin Sarr fl-ewwel partita tiegħu bħala titolari.

Fit-58 minuta Atalanta jagħmlu l-iskor 6-1, meta Mateo Retegui jiskorja l-10 gowl staġjonali.