Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident fil-Gudja

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tad-9 am, fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 68 sena residenti l-Gudja, u Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Qrendi.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.