Internazzjonali

Tkompli tikber it-tensjoni fit-tiġrija għall-elezzjoni

Beyonce għamlet dehra politika rari waqt rally tal-kampanja presidenzjali f’Houston, Texas, fejn għannqet lil Kamala Harris u qalet lill-votanti biex ikantaw kanzunetta ġdida.

Beyonce wissiet kif r-rivali tagħhom, ir-Repubblikani, iridu li d-drittijiet tan-nisa jkomplu jitnaqqru aktar. Hi tat is-sapport tagħha lill-Viċi President tal-Istati Uniti u ddeskrivietha bħala “omm li tieħu ħsieb ħafna d-dinja li fiha jgħixu wliedha u wliedhom kollha”.

Beyonce ngħaqdet fuq il-palk mill-kollega tagħha Kelly Rowland, fejn introduċiet lill-kandidat Demokratiku, Kamala Harris bħala l-“President li jmiss tal-Istati Uniti.”

Intant, l-Eks President Donald Trump kellu rally fl-istat ta’ Michigan fejn aktar kmieni matul il-ġurnata, kien ukoll f’Austin, Texas, fejn wiegħed deportazzjonijiet tal-massa ta’ immigranti vjolenti mingħajr dokumenti waqt li kien jindirizza l-problema ta’ sigurtà fil-fruntiera. Trump għażel ukoll li jpoġġi għal intervista twila mal-podcaster popolari, Joe Rogan.

Filwaqt li l-istħarriġ li qed isir juri li Harris għadha fuq quddiem fl-istati ta’ Pennsylvania, Michigan, Wisconsin u Nevada, il-vantaġġ tagħha f’Pennsylvania naqas għal punt perċentwali. Donald Trump qed ikompli jiġbed il-voti fl-istati ta’ Arizona, Georgia u North Carolina.