“Dan huwa ż-żmien li fih jeħtieġ jittieħdu deċiżjonijiet li jiżguraw il-prosperità tal-Unjoni tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri”.
Kliem il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola meta indirizzat lill-Kamra tad-Deputati Taljana, fl-okkażjoni tal-Kommemorazzjoni tas-70 anniversarju mill-mewt ta’ de Gasperi… fejn spjegat il-pjan li għandha timxi fuqu l-Ewropa.
Il-President Metsola qalet ukoll li l-Istati Membri jridu jagħmlu aktar biex jikkultivaw kultura ta’ fiduċja u solidarjetà. Fejn saħqet li dawn huma l-prinċipji li fuqhom hija msejsa z-Zona Schengen.
Fid-diskors tagħha hija qalet ukoll li l-ebda stat membru m’għandu jħoss li qed jitħalla waħdu biex jittratta kwistjoni li teħtieġ li tiġi indirizzata b’mod Ewropew.
Fiż-żjara li għamlet f’Ruma, il-President Metsola kellha laqgħa mal-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni filwaqt li ġiet intervistata wkoll fil-programmi ewlenin ta’ Rai Uno ‘Cinque Minuti’ u anke ‘Porta a Porta’.
//= $special ?>