Neil Camenzuli
NAXXAR LIONS………….0
MARSAXLOKK…………..0
Naxxar Lions: M.Debono, N.Micallef, P.Vitor De Assis, T.Yamaguchi (O.Portelli 78’), N.Pace Cocks, E.Cerqueira Farias (M.Taumaturgo 89’), R.G.Cassar, G.Barbosa Santos, L.Nascimento Dias De Almeida, W.Garcia Nogueira, Y.Ito
Marsaxlokk: M.Drobnjak, K.Micallef, J.Ghio (D.Bonnnici 59’), Y.Messias, J.Arias Ulises, J.Quintongo (R.Holzhauser 69’), A.De Aguiar, E.Pena Beltre, L.Aguirre, N.Raden (P.Nonato 83’), R.Scicluna
Imwissija: T.Yamaguchi 45’, P.Barreto 48’, 76’, N.Micallef 80’ (N) R.Scicluna 87’ (M)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: James Muscat u Roebrt Curtis
Plejer tal-Logħba: Yuri De Jesus Messias (Marsaxlokk)
Naxxar Lions u Marsaxlokk temmew fi draw ta’ bla gowls, bil-Lions jieħdu t-tielet draw konsekuttiv wara draws kontra Melita u Gżira. Minn naħa l-oħra, Marsaxlokk jieħdu t-tieni draw konsekuttiv wara d-draw kontra Floriana t-Tnejn li għadda.
Marsaxlokk jitilgħu fid-disa’ post hekk kif jaqbżu lil Balzan permezz tad-differenza fil-gowls.
Naxxar Lions irnexxielhom iżommu lix-Xlukkajr minkejja li lagħbu l-aħħar kwarta logħob b’għaxar plejers hekk kif Pedro Barreto ntwera t-tieni karta safra tiegħu fil-partita.
L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet wara 8 minuti logħob għax-Xlukkajr li kienet xutt ta’ De Aguiar salvat minn Debota, b’Ulises ikompli l-ġirja max-xutt u jerġa’ jittanta, madankollu Debona jerġa’ joħrog rebbieħ.
Daqqa ta’ ras għolja minn De Aguiar fid-29 minuta tkun l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima.
Marsaxlokk jibqgħu l-unika tim jattakkaw ankè fit-tieni taqsima hekk kif fit-58 minuta azzjoni tajba minn Messias jara x-xutt salvat tajjeb ħafna għal darb’oħra minn Debono.
L-unika azzjoni denja ta’ nota għal-Lions tasal fil-ħin miżjud minn freekick mogħti minn Nogueira li jiġi salvat tajjeb ħafna minn Drobnjak.
Ritratt: Catriel Farrugia
//= $special ?>