Il-Prim Minsitru Robert Abela qed jibqa’ jinsisti mal-klikka tiegħu u l-membri tal-Kabinett li l-elezzjoni ġenerali se jsejjaħha sentejn oħra. Madanakollu, sorsi qrib iċ-ċirku ta’ Abela u li tkellmu mal-gazzetta Illum saħqu li tant hemm togħma ħażina fil-Kabinett li diffiċli tara xi sens ta’ pożittività.
Fl-aħħar jiem Robert Abela stieden numru ta’ Kapijiet Eżekuttivi, flimkien mal-Ministru u Segretarji Parlamentari f’Villa Francia f’Ħal Lija biex ikellimhom dwar il-pjan tiegħu għas-sentjen li ġejjin.
Filwaqt li s-sondaġġi qed juru li l-poplu għandu rabja kbira lejn il-Gvern tal-Labour, jidher li anke internament Abela qed iħabbat wiċċu ma korla kbira. Dan hekk kif wara t-tgħajjira li ta liċ-ċivil eżatt mad-disfatta tal-Parlament Ewropew, ħadd mhu qiegħed jafdah.
Apparti minn hekk, wara li tilef siġġu fl-MEPs u numru ta’ Kunsilli Lokali, Robert Abela spiċċa jfarfar fuq kulħadd fil-partit.
Mhux hekk biss. Iżda anke wara l-u-turn fuq Joseph Muscat, diffiċli li wieħed ikun pożittiv fi ħdan il-Labour.
L-istess sorsi żvelaw li huma biss żewġ Ministru fi ħdan il-Kabinett li qed jagħtu l-appoġġ lil Robert Abela hekk kif l-oħrajn mhux qed jafdawh għaliex l-ewwel jgħid mod imbagħad jagħmel mod ieħor – kif anke għamel dwar Rosianne Cutajar.
Dan filwaqt li ntqal li s-sensazzjoni interna hija li kull deċiżjoni li qed jieħu Robert Abela hi biss biex isalva ġildu.
Finalment, intqal li jagħmel x’jagħmel il-Prim Ministru hemm faxxa ta’ nies li ċertament mhux se jerġgħu jivvotaw Labour u huwa difficli li l-gimmicks ta’ Abela se jiġbidhom lura.
//= $special ?>