Kultura Lokali

Ix-Shadow Ministers tal-Partit Nazzjonalista jżuru l-Playcon

Is-Shadow Ministers tal-Partit Nazzjonalista David Agius, Jerome Caruana Cilia u Mark Anthony Sammut żaru l-Playcon, l-expo dwar video games u esports li qed tittella’ fl-MFCC, f’Ta’ Qali.

Huma kellhom l-opportunità jisimgħu mingħand l-esebituri, li kienu jinkludu ħafna żviluppaturi tal-logħob diġitali lokali kif ukoll barranin li qed joperaw f’pajjiżna, u jiddiskutu magħhom l-isfidi u l-opportunitajiet kbar li hemm f’dan is-settur.

Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tal-Gaming fissret opportunitajiet kbar għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Playcon toffri opportunità unika kemm għad-dilettanti tal-gaming kif ukoll għal dawk li huma ġodda f’dan il-qasam biex jitħajru jiffukaw iktar fil-qasam tal-video gaming u l-esports. L-għan tal-expo hu li jinfetħu prospetti ġodda għall-ekonomija, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tkun iktar empowered f’dan il-qasam, u jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-komunità lokali.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffukat li jinvesti kemm f’setturi eżistenti u anke joħloq niċeċ ekonomiċi ġodda. Dan biex tassew jinħoloq xogħol ta’ kwalita’ b’valur miżjud u b’hekk aktar opportunitajiet għall-ħaddiema u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.