Mara ta’ 21 sena residenti l-Qrendi, qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Ġużè Duca, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li fl-10:30 tal-Ħadd filgħodu seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki Ninja misjuq minn mara ta’ 21 sena residenti l-Qrendi, u Kia Piccanto misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Ħaż Żebbuġ.
Fil-post isejħu tim mediku u ambulanza li ħadu lill-mara ta’ 21 sena l-Isptar Mater Dei fejn hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>