Żagħżugħ ta’ 29 sena mis-Serbja spiċċa jissielet għal ħajtu hekk kif ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura wara li waqa’ żewġ sular f’xaft ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq ir-Rabat, fiż-Żebbuġ Għawdex.
Il-barrani nstab ftit wara s-sebgħa tal-Ħadd filgħodu fil-kumpanija ta’ mara ta’ 34 sena residenti ż-Żebbuġ stess, bil-mara tiġi ċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi wara li waqgħet mill-gallarija tal-appartamenti għall-bitħa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha. Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita d-dinamika ta’ dan il-każ.
//= $special ?>