Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Marija, l-Imġarr.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur BMW CX400 misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imġarr, u Isuzu TFS misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Imġarr ukoll.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Antoine Agius Bonniċi li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>