Tħabbret il-mewt tal-attriċi u kantanta Maltija Terry Bencini ta’ 94 sena.
Bencini hija attriċi u kantanta Maltija mwielda Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu tal-1930, u hija magħrufa għas-sehem tagħha f”Żeża tal-Flagship’ u l-‘Manichino di Legno’.
Terry Bencini bdiet tirreċta fl-età żgħira ta’ 17-il sena u ħadet sehem f’numru ta’ opri famużi fosthom ma’ Oreste Kirkop, ‘The Belle of New York’ u anke ‘The Desert Song’.
Hija kienet ukoll rebbieħa ta tat-trofew tal-Aqwa Kantanta waqt l-ewwel edizzjoni tal-Malta Song Contest Festival.
Terry Bencini kienet ingħatat ukoll il-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika.
//= $special ?>