Ritratt: Mike Orland
Kenneth Vella
Misjuq minn Rodney Gatt, it-Taljan Velvet Gio rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-EquestriMalta Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-38 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. B’hekk Rodney Gatt irnexxilu jirbaħ din it-Tazza għas-sitt darba fil-karriera tiegħu.
Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Kif mistenni, il-favorit Velvet Gio (Rodney Gatt) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-bidu uffiċjali u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Formi (Joe Schembri) u Akela Play (Charles Degorgio). Dawra mit-tmiem, Velvet Gio kien għadu għaddej b’ritmu qawwi u eventwalment irnexxilu jtemm rebbieħ faċilment u b’erba’ tulijiet minn Douglas Du Pont (Ludvic Ghigo) u Disco D’Occagnes (Redent Magro). Akela Play kellu jikkuntenta bir-raba’ post minn Diablo D’Herfraie (Michael Ellul).
Fi tmiem il-finali, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ppreżentat it-Tazza ad unurha lil Pierre, Matthew u Elton Debono u lil Rodney Gatt, is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Velvet Gio rnexxilu wkoll iwaqqaf rekord ġdid tat-tiġrija, dak ta’ 1.13.5” fil-kilometru. Għal dan it-Taljan, din kienet it-tielet rebħa nfila u fil-kampjonat u anki l-ħames waħda staġjonali.
Il-laqgħa inkludiet ukoll żewġ finali għall-ponijiet shetland misjuqa minn tfal. L-ewwel waħda għall-ponijiet mill-klassijiet Copper, Bronze u Silver intrebħet mid-debba Spotty Lady ta’ Owen Debono li kienet il-ħin kollu quddiem.
It-tieni finali għall-ponijiet mill-klassijiet Premier u Gold rat għal darb’oħra s-suċċess ta’ Owen Debono permezz ta’ Black Flame. Dan b’vantaġġ ta’ erba’ tulijiet minn Timkaty (Mikhael Borg).
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Fort De France (J. Farrugia) Ħin – 3.31.3” (1.20”) 2. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Jasmin De Coulamer (R. Delceppo)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Inteam Du Gers (K. Saliba) Ħin – 3.29” (1.19”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Jenna Du Val D’Or (J. Bartolo) 4. Goldwyn Du Bocage (J. Gafa’)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Ħin – 3.25.8” (1.18”) 2. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 3. Ikarus Fligny (R. Gatt) 4. Igame Merite (D. Baldacchino)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hegoa Smart (J. Gafa’) – 3.25.8” (1.18’) 2. Haquitin (P. Galea) 3. Fast And Good (R. Gatt) 4. Gordon Quick (M. Desira)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Emile Du Var (J. Gafa’) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Concerto Star (R. Gatt) 3. Darwin La Mesange (I. Stivala) 4. Felicio Du Joamax (J. Zahra)
VI Tiġrija. Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – 2.37.4” (1.13.5”) 2. Douglas Du Pont (L. Ghigo) 3. Disco D’Occagnes (R. Magro) 4. Akela Play (Ch. Degiorgio) 5. Diablo D’Herfraie (M. Ellul)
VII Tiġrija. Klassi Silver Dist – 2640m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Hoquey Demarlotte (Ch. Degiorgio) 3. Cuenca (C. Farrugia) 4. Embrace IT (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Lazy Breeze (J. Gafa’) Ħin – 3.22.6” (1.16.7”) 2. Dream Maker (P. Galea) 3. Quite E Wood (J.P. Farrugia) 4. Francesco (D. Cortis)
//= $special ?>