Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Clyde Caruana qed jibqgħu jiddefendu l-miżura li jintaxxaw il-COLA, dan minkejja li l-korpi kostitwiti u l-unions kollha talbuh biex ineħħi t-taxxa minn fuq il-COLA.
Intant, waqt li kien qiegħed iwieġeb il-mistoqijiet ta’ Net News, Ablea spiċċa jammetti li teżisti l-isfida tal-overpopulation, madanakollu naqas milli jagħti garanzija li se jbiddel il-mudell ekonomiku.
Dwar il-konnettività ta’ bejn Malta u Għawdex, Abela qal biss li hemm il-ħsieb li jiġi introdott ir-raba’ vapur, però naqas milli jagħti garanzija li dan ikun proprjetà tal-Gozo Channel.
Il-Prim Ministru Abela qal ukoll li l-età tal-irtirar mhux ħa tiżdied u li din se tibqa’ ta’ 65 sena. Madanakollu insista li kull persuna jrid ikollha 42 sena ta’ bolla mħallsa u evita li jwieġeb diversi domandi dwar istanzi fejn persuna ma tkunx ħallset 42 sena bolla.
Abela ma weġibx lanqas dwar kif il-Gvern se jkun qed jattira turiżmu ta’ kwalità minflok ta’ kwantità. Anzi inisista li l-ammont ta’ turisti li jiġu Malta m’għandux jonqos.
Fir-rigward tal-infrastruttura u d-drenaġġ qal li hemm proġett mill-Water Corporation Services, liema proġett huwa evidenti li mhu jwassal għal ebda soluzzjoni.
Ma weġibx dwar kif se jkun qed isolvi l-problemi tat-traffiku. Semma’ kif il-Ministru Bonnet għandu pjan, u ma wieġeb xejn dwar masterplans oħra li ġew injorati fil-passat, fosthom dak tal-metro. Dan filwaqt li ma ta l-ebda risposta dwar jekk hux ħa jbiddel il-mudell ekonomiku.
Abela naqas ukoll milli jwieġeb jekk aċċettax donazzjonijiet mingħand il-kuntrattur magħruf bħala l-Franċiż.
//= $special ?>