Budget 2025 Għawdex Lokali

“Għawdex teħtieġ viżjoni fit-tul” – GTA

“Il-budget 2025 naqas milli jsemmi r-raba’ vapur ġdid għal Għawdex, dan filwaqt li qed tkompli tidher biċ-ċar li Għawdex teħtieġ viżjoni fit-tul.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kap Eżekuttiv tal-GTA Joe Muscat f’kumment telefoniku wara d-diskors tal-budget.

Huwa nnota b’mod pożittiv li f’dan il-budget il-Gvern indirizza l-bżonn ta’ kwalità fuq il-kwantità, dan filwaqt li sostna l-bżonn li titjieb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.