Id-diskors tal-budget illejla kien sospiż għal xi minuti wara li fil-bidu tas-seduta parlamentari, grupp ta’ attivisti ambjentali minn Graffitti li kienu fl-istrangers gallery bdew jgħajtu ‘Iżfnu għad-daqqa tal-iżvluppaturi’ u ‘Xebbajtuna’.
Dan l-għajjat ta’ protesta ġie mill-istrangers gallery li f’din is-seduta, il-gallerija kienet mimlija persuni. Fil-fatt, fil-bidu tas-seduta l-Ispeaker Anglu Farrugia wissa lill-persuni fl-istrangers gallery biex ma japprovawx, japplawdux jew jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni oħra matul id-diskors tal-budget.
L-għajjat u l-protesta tal-attivisti seħħew fl-ewwel ftit minuti tad-diskors tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li kellu jieqaf mid-diskors tiegħu wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia ssospenda l-Kamra.
Wara xi minuti, il-Kamra rritornat għan-normalità u l-Ministru reġa’ beda d-diskors tiegħu.
//= $special ?>