Budget 2025 Lokali

Il-Budget 2025 jirrikonoxxi l-bżonn tal-bidla iżda ma joffri l-ebda soluzzjoni – Il-Kamra tal-Kummerċ

“Il-Budget 2025 ma jindirizzax il-kwalità, dan filwaqt li ma offra l-ebda soluzzjoni għall-problemi li qed jaffaċċja pajjiżna.”

Dan intqal fi stqarrija mill-Kamra tal-Kummerċ b’reazzjoni għal dak li ġie ppreżentat fil-budget, dan hekk kif fil-budget il-Gvern irrikonoxxa l-fatt li pajjiżna għandu bżonn bidla iżda fl-ebda ħin ma ntqal kif se jsir dan.

Il-Kamra tal-Kummerċ irrimarkat li għat-tielet sena konsekuttiva l-budget inkluda s-sussidju tal-enerġija kif ukoll żieda fil-pensjonijiet. Dan filwaqt li għall-ewwel darba fi ħdax-il sena l-budget indirizza t-taxxi mħallsa mill-poplu.

Iżda minn naħa l-oħra l-budget falla milli jindirizza dawn il-problemi ewlenin f’pajjiżna fosthom l-isplużjoni fil-popolazzjoni, it-traffiku, l-infurzar, it-turiżmu sostenibbli u l-kriżi tal-qtugħ tad-dawl.