L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) sostniet li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa wieħed purament soċjali, però huwa nieqes minn ideat tanġibbli u commitment ta’ investiment.
Leon Chetcuti sostna li huwa ċar li t-tkabbir ekonomiku ġġenerat matul dawn l-aħħar snin kien ibbażat fuq l-industrija tal-proprjetà, filwaqt li laqgħu l-fatt li ma ġewx introdotti taxxi ġodda
Huwa sostna li huwa tajjeb li jissemmew is-suġġetti tal-ispazji ħodor, ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, tal-enerġija nadifa u investiment fl-infrastruttura, dan wara li hu sostna li l-proposti għall-budget tal-MDA kienu proprju mmirati sabiex jindirizzaw dawn is-suġġetti.
Fl-aħħar nett, l-MDA iżżid li se tkompli tkun minn ta’ quddiem sabiex tinsisti dwar proposti u inċentivi li jgħollu l-kwalità ta’ żvilupp sostenibbli u fl-istess ħin affordabbli.
//= $special ?>