Il-Forum Unions Maltin jinsab iddiżappuntat bil-fatt li fil-Budget 2025 tħabbar li dawk kollha li twieldu mill-1976 ‘il quddiem se jkollhom jaħdmu sena oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-pensjoni.
Apparti minn hekk, fi stqarrija ntqal li l-Forum jilqa’ l-aħbar tal-aġġustamenti tat-taxxa kif ukoll iż-żieda li se tingħata fiċ-Children Allowance, dan hekk kif din il-miżura se tagħti l-għajnuna lill-familji. Dan apparti li l-Forum jilqa’ wkoll il-miżura li se żżid l-inċentivi għall-ħaddiema rtirati sabiex jipprovdu tagħlim dwar xogħolhom.
Intant, f’dan il-budget il-Forum Unions Maltin kien qed jistenna li jara l-miżuri mwiegħda b’rabta mas-sick leave ta’ impjegati li jieħdu ħsieb il-morda.
//= $special ?>