Il-unions kollha kelma waħda – ħadd ma jista’ jifhem għaliex il-Gvern ma qalilhomx li se jżid b’sena l-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni. Oħrajn qed jgħidu li fl-MCESD iddiskutew tant affarijiet, iżda xi ħaġa importanti bħal din ma ġiet diskussa qatt.
B’dak li ħabbar il-Gvern – effettivament – ħaddiem ikollu jaħdem sena extra biex jiġbor il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni.
Kien il-Ministru tal-Finanzi li ħareġ b’din il-mossa li ħasdet lil kulħadd. B’sorsi jgħidu li anke membri tal-Kabinett inżammu fl-għama dwarha.
Ir-rabja tan-nies tant kienet kbira li l-Labour prova jdawwar in-narrattiva; iżda huwa ċar li din il-manuvra ma ħadmitx.
Fl-aħħar sigħat, is-sitwazzjoni tant spiċċat qarrbet lejn ir-redikolu li l-Partit Laburista spiċċa ttimbra din l-aħbar bħala fake news, ittimbra l-Budget tiegħu stess; għaliex kien mid-diskors tal-Budget li ħarġet din l-aħbar dwar iż-żieda ta’ sena extra għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni.
//= $special ?>