F’diskussjoni waqt il-programm speċjali ta’ Net Live, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella wera d-diżappunt kbir għall-fatt li għal sena oħra l-COLA se tkun intaxxata. Huwa saħaq li l-Gvern injora l-appelli tal-korpi kostitwiti kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista.
Josef Vella spjega li l-COLA – li matul is-sena d-dieħla se tkun ta’ €5.24 – huwa inaċċettabbli li se tkun intaxxata għaliex din hija kumpens b’rabta mal-għoli tal-ħajja.
Apparti minn hekk, huwa wera diżappunt kbir li fil-budget tħabbar li dawk kollha li twieldu wara l-1976 se jkollhom jaħdmu sena oħra sabiex jingħataw il-pensjoni. Hawnhekk, Josef Vella qal li huwa inaċċettabbli li l-Gvern ta’ Robert Abela ma kkonsultax mal-korpi kostitwiti qabel ma ħabbar din il-miżura.
//= $special ?>