Illum fil-Parlament jiġi ppreżentat il-Budget, li għalih hemm stennija kbira – partikolarment għall-fatt li ħafna qed jistennew direzzjoni ċara, viżjoni, u dik li għandha tkun it-triq ‘il quddiem għall-pajjiż.
Skont dak li ġie rappurtat sa issa, il-Gvern se jkun qed iħabbar COLA ta’ €6. Għalkemm din, sa issa, għadha qed tiġi intaxxata.
Id-diskors tal-Ministru tal-Finanzi jibda fis-6:30pm, u Net TV se jkun live mill-Parlament fejn se nwasslulkom ukoll il-wasla tal-famuża bagalja ħamra li fiha Clyde Caruana iġorr id-dokumenti tal-Budget.
Minn bara l-Parlament se jkollna wkoll diversi kollegamenti mal-ġurnalisti ta’ Net News.
L-edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE tibda fil-5:30pm u tibqa’ sejra sa tard bil-lejl. Matulha, mhux biss inwasslu d-diskors tal-Budget bi spjegazzjoni ċara ta’ dak kollu li jkun qiegħed jingħad, iżda ssir ukoll analiżi mill-esperti fl-istudios tagħna.
Fl-istess waqt, in-newsroom tagħna se taħdem fuq diversi servizzi għall-aħbarijiet illi janalizzaw id-diversi aspetti tal-Budget, b’mod li jifhmu n-nies u bi kliem spjegat – lil hinn mill-propaganda tal-Gvern.
Fuq Net TV se nkunu nistgħu insegwu wkoll il-kummenti tal-Kap tal-PN Bernard Grech eżatt wara l-Budget, u r-reazzjonijiet tal-imsieħba u l-Korpi Kostitwiti.
//= $special ?>