Martin Balzan, il-President tal-Asssoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu wara d-diskors tal-Budget 2025, saħaq li bdejna t-triq li nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat, però jibqa’ jittama biss li l-flus verament jiġu investiti fil-pazjent.
Huwa saħaq kif is-saħħa hija ħaġa tal-preżent u huwa inaċċettabbli li għandna ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid, proġett li kellu jieħu erba’ snin spiċċa biex ħa tmien snin.
Huwa żied jgħid kif hawn bżonn iktar investiment u li l-flus jintużaw b’mod bil-għaqal. Balzan kellu wkoll kliem ta’ tifħir hekk kif il-Budget prova jindirizza l-għoli tal-ħajja kif ukoll ħaġa tajba li naqqas l-income tax. Bħala settur tas-saħħa, ħa pjaċir li vvutaw favur il-flus tal-Ewropa sabiex itejbu s-saħħa mentali, iżda saħaq fuq l-importanza ta’ management aħjar fejn jidħlu fondi pubbliċi.
//= $special ?>