Internazzjonali

Komiku Amerikan jiddeskrivi lil Puerto Rico bħala gżira mimlija żibel

Komiku Amerikan li indirizza r-rally ta’ Donald Trump spiċċa taħt il-lenti ta’ ħafna wara li ddeskriva lil Puerto Rico bħala gżira mimlija żibel.

Tony Hinchcliffe żied jgħid ukoll li l-Latinos tajbin biss biex jagħmlu t-trabi tant li ma jużawx mezzi biex jikkontrollaw it-twelid.

Huwa kien qed jindirizzaw ir-rally li saret f’Madison Square Garden, fi New York, ilbieraħ filgħaxija, ħin lokali. Liema kummenti tiegħu ġabu kritika qawwija, b’mod speċjali fost il-politikanti Repubblikani.