Il-Partit Laburista fir-Renju Unit issospenda lill-Membru Parlamentari tiegħu, Mike Amesbury, wara li filmat tas-CCTV jurih jagħti bil-ponn lil raġel ieħor wara li żviluppa argument f’Main Street, f’Frodsham.
Amesbury qed jiġi interrogat mill-Pulizija ta’ Cheshire dwar dan l-inċident li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija.
Il-filmat juri lil Amesbury jagħti bil-ponn sakemm ir-raġel waqa’ mal-art, b’Amesbury li baqa’ jagħtih ripetutament u wissieh li m’għandu qatt iżjed jerġa’ jheddu. “Iva hekk hu [jiena MP], hekk hu, u allura m’intiex se terġa’ thedded MP, hux hekk?”
Ftit mumenti wara jidhru tliet persuni li avviċinaw liż-żewġt irġiel biex jintervjenu u jipprovaw iwaqqfu l-ġlieda.
Minn naħa tiegħu, l-għada tal-inċident, Amesbury qal li huwa ħassu mhedded meta kien miexi fit-triq flimkien ma’ sħabu u kien hu stess li għamel rapport lill-Pulizija biex jgħidilhom x’kien għadu kemm ġara.
//= $special ?>