Fi stqarrija l-Malta Union of Teachers (MUT) laqgħet il-fatt li l-Ministru Clyde Caruana semma’ l-ftehim settorjali li ġie ffirmat aktar kmieni din is-sena. Dan filwaqt li laqgħet ukoll li l-budget spjega aktar dwar l-istrateġija tal-edukazzjoni 2024-2030.
Għaldaqstant, il-union kienet qed tistenna miżuri li se jindirizzaw it-tkabbir tal-popolazzjoni fl-iskejjel kaġun tal-mudell ekonomiku preżenti. Dan apparti li l-MUT kienet qed tistenna miżuri li jindirizzaw il-work-life balance – proposti li kienu mressqa mill-MUT stess.
Marco Bonnici, il-President tal-MUT, stqarr li jilqa’ l-miżuri dwar it-tax brackets kif ukoll li jinsab sodifatt dwar il-ftehim settorali li ġie ffirmat wara xhur sħaħ ta’ tkaxkir tas-saqajn.
Hu sostna wkoll li l-kunċett ta’ ‘work-life balance ma ġiex ikkonsidrat’
//= $special ?>