Futbol Sport

Manchester United ikeċċu lill-kowċ Erik Ten Hag

(Ritratt: EPA)

Wara sensiela ta’ riżultati negattivi, bl-iktar waħda riċenti tasal il-Ħadd kontra West Ham United, Manchester United ħabbru li Erik Ten Hag mhux se jkompli jokkupa l-kariga ta’ kowċ tar-Red Devils.

Ten Hag kien inħatar bħala kowċ ta’ Manchester United lura f’ April tal-2022, fejn kien iffirma kuntratt ta’ tliet snin li kellu jżomm lill-Olandiż mal-klabb sal-2025.

Taħt it-tmexxija tiegħu, Manchester United rebħu l-EFL Cup fl-2023 u l-FA Cup fl-2024, kif ukoll waslu sal-finali tal-FA Cap fl-2023.

L-eks attakkant ta’ Manchester United, Ruud van Nistelrooy li kien qiegħed iservi bħala assistent kowċ ta’ Ten Hag, mistenni jieħu f’idejh il-kariga bħala kowċ Interim, sa ma jinsab kowċ fuq bażi permanenti.

Il-klabb stqarr fi stqarrija uffiċjali, li jinsabu grati għax-xogħol kollu li għamel f’dawn is-sentejn kif ukoll awgurawlu għall-avventura li jmiss.

Ruud Van Nistelrooy se jieħu post Erik Ten Hag (Ritratt: EPA)