Lokali

44 sena mill-mewt ta’ missier Malta Indipendenti

44 sena ilu Malta tilfet bniedem li kien għamel kisba kbira għall-poplu kollu…. għaliex permezz ta’ Ġorġ Borġ Olivier pajjiżna kien sar indipendenti.

It-Tlieta waranofsinhar tfakkret il-memorja tal-Eks Prim Ministru u Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Ġorġ Borġ Olivier, li kien miet f’Ottubru tal-1980.

Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Borg Olivier permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione flimkien mal-membri mill-Amministrattiv Nazzjonalista.

Ġorġ Borg Olivier twieled fil-Belt Valletta fil-5 ta’ Lulju tal-1911, u fl-1950 kien inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-età ta’ 39 sena, wara l-mewt ta’ Nerik Mizzi. Borg Olivier mexxa lil Malta għal żewġ perjodi differenti; u jibqa’ mfakkar għall-jum storiku tal-21 ta’ Settembru tal-1964… meta Malta saret uffiċjalment pajjiż indipendenti.