Lokali

Fr Hillary Tagliaferro jagħlaq 90 sena

Speċjalment f’dawn il-jiem rajt verament rikonoxxenza mingħand diversi nies.

Hekk stqarr ma’ Net News Fr Hillary Tagliaferro fil-jum li fih iċċelebra għeluq sninu – patri li dejjem kien innovattiv u li qatt ma żamm lura milli jagħmel affarijiet li kienu xi ftit jew wisq kontroversjali.

Net News iltaqa’ ma’ Fr Hillary proprju fil-Millenium Chapel, li tinsab f’Paceville, binja li hu jemmen kellha tinfetaħ fis-snin 80.

Fr Hillary, li issa għalaq 90 sena, spjega kif din il-Knisja tilqa’ lil kulħadd, nies ta’ twemmin differenti u ta’ kulturi differenti.

Apparti s-servizz tal-counsilling, il-Milleniim Chapel toffri ħafna servizzi oħra fosthom ikel f’kull ħin tal-ġurnata, te u kafè għal min verament huwa fil-bżonn.

Dan apparti li darbtejn fil-ġimgħa, it-Tlieta u l-Ħamis, tiftaħ ukoll il-love kitchen li toffri ikel lil homeless u refuġjati anke jekk dawn ma jidħlux fil-kappella.

Ma’ Fr Hillary tkellimna wkoll dwar id-diversi rwoli li hu serva fihom.

Kien hawn fejn Net News staqsa lil Fr Hillary jekk jaqbilx li l-Knisja tibda taċċetta li l-patrijiet ikollhom l-għażla li jiżżewġu.

Intant, qabel ma temm din l-intervista, Fr Hillary għadda wkoll messaġġ ta’ tama lil dawk kollha li possibbilment għaddejjin minn xi diffikultà.