Sport Sport Ieħor

It-tim Nazzjonali Malti jirritorna lura bi 13-il midalja mill-Kampjonat Dinji tal-ISKA

It-tim Nazzjonali Matli tal-Kickboxing kellu suċċess kbir hekk kif irnexxielu jirbaħ 13-il midalja mill-Kampjonat Dinji tal-ISKA, bit-tim Malti jikklassifika bl-14-il post minn 35 pajjiż.

Minkejja li kien hemm 1,070 kickboxer jikkompeti f’dan il-kampjonat, it-tim Malti rnexxielu jġib lura miegħu 4 midalji tad-deheb, 3 tas-silver u 6 tal-bronż.

Din kienet il-klassifika uffiċjali tal-midalji rispettivi:

Midalji tad-deheb:

Ahweafa Garenne -50 kg 18+ Muay Thai;

Celeste Galea: -65kg Low kick;

Faris Lukovic:  Muay Thai;

Jake Gomez Blanco: 80+kg K1 light.

Midalji tal-fidda:

Victor Galea -50 kg 15 to 17 K1 light;

Jesred Piscopo: -70kg Low kick;

Skyler Bezzina- 60kg 15 to 17 k1 light .

Midalji tal-Bronż:

Celeste Galea: -65kg 18+ K1;

Faris Lukovic: -90kg K1;

Borko Stanojcic: -75kg Low Kick ;

Singleton Toriano: -80kg Low Kick;

Bajic Milivoje: -85kg Low Kick ;

Ahweafa Garenne : -50 kg  18+ K1.

Barra mis-suċċess kbir tal-Maltin, kien hemm aħbar oħra tajba għal pajjiżna fix-xena tal-Kickboxing hekk kif il-MKBA Malti Isaac Chetcuti kellu l-opportunità li jħabbar li l-Kampjonat Ewropew tal-ISKA tal-2025 se jkun qiegħed isir ġewwa pajjiżna.

Din l-opportunità waslet wara s-suċċess u l-prestazzjoni eċċezjonali tal-ġellieda Maltin f’bosta avvenimenti rikonuxxuti madwar id-dinja.