Il-komunità internazzjonali qed tinkwieta għad-deċiżjoni tal-Parlament Iżraeljan biex jipprojbixxi lill-Unrwa – l-aġenzija tan-NU għar-refuġjati – milli twettaq l-operat tagħha f’Gaza. Dan fost it-twissijiet li d-deċiżjoni għandha tħalli impatt negattiv ħafna għat-trasport tal-għajnuna lill-familji Palestinjani.
Il-vot fil-Parlament Iżraeljan ifisser li l-liġi għal din il-projbizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien tliet xhur. U f’din is-sitwazzjoni, diversi alleati tal-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, qalu li Iżrael mhux se jċedi għall-pressjoni tal-komunità internazzjonali.
Dan ukoll meta Iżrael ilu l-għexieren tas-snin joġġezzjona għall-Unrwa fost l-akkużi li t-terroristi tal-Ħamas tħallew jinfiltraw din l-entità ta’ fejda.
Iżrael qed jgħid li xi membri tal-istaff tal-Unrwa kienu anki involuti fl-attakki terroristiċi storiċi tas-7 ta’ Ottubru tal-2023 meta l-Ħamas invadew lil Iżrael minn Gaza biex qatlu l-mijiet kbar tan-nies fost il-ħtif tal-ostaġġi.
Mifhum li fil-Gwerra ta’ Gaza (li ilha minn Ottubru tal-2023) inqatlu ‘l fuq minn 43,000 Palestinjan – ġellieda tal-Ħamas u ċivili – b’Iżrael mhux jippermetti li l-midja internazzjonali jkollha aċċess ‘indipendenti’ għall-artijiet inkwistjoni biex tivverifika l-fatti.
//= $special ?>