“Qed jgħidu ċ-ċuċati”.
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet meta mistoqsi dwar il-kriżi li ġabet magħha l-isplużjoni fil-popolazzjoni – frott l-istrateġija li adotta l-Gvern preżenti.
Il-Ministru Camilleri ma ta l-ebda pjan konkret dwar kif il-Budget tat-Tnejn indirizza l-kriżi tal-overpopulation li ħakmet il-pajjiż.
Ma’ Net News l-istess Ministru ħarab milli jwieġeb dwar l-għases magħluqin madwar pajjiżna; b’aktar minn 25 għassa magħluqa f’lokalitajiet bħall-Mellieħa, is-Swieqi u Ħal Għargħur għad-detriment tar-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet.
Intant, il-Ministru Byron Camilleri stqarr mal-midja li se jkun qed iħabbar skema ta’ Labour Migration Policy – skema li se tkun qed twassal biex jinżammu aktar ħaddiema barranin f’Malta u Għawdex.
Apparti minn hekk, fil-Budget tat-Tnejn, il-Ministru Clyde Caruana irriċikla proposta b’rabta mal-Ministeru ta’ Byron Camilleri – fejn il-vittmi ta’ vjolenza domestika se tingħatalhom panic button għas-sitwazzjon
//= $special ?>