Instabet kompożizzjoni għal valz ‘mitlufa’ u li jaħsbu li hi tal-famuż kompożitur Pollakk Frederic Chopin. Il-valz, li ftit hemm magħruf dwaru, inkiteb kważi 200 sena ilu u nstab qalb l-arkivji tal-Morgan Library and Musuem, fi New York.
Il-manuskritt rari, li d-data tiegħu taqa’ f’xi żmien bejn l-1830 u l-1835, instab mill-kuratur Robinson McClellan waqt li kien qed jaħdem fuq il-kollezzjonijiet ġodda ta’ mużika.
McClellen, imbagħad, ikkollabora ma’ espert ewlieni dwar il-mużika ta’ Chopin biex flimkien jawtentiċizzaw il-valz li m’għandhiex il-firma tal-kompożitur anki jekk il-kitba qed titqies bħala ‘distintiva’.
Robinson McClellan qal li hu ċert li s-sigla mużikali nkitbet minn Frederic Chopin innifsu u li hu wkoll ‘ċert bi 98 fil-mija’ li l-kompożizzjoni kienet tiegħu.
//= $special ?>