“The Shadow: Poems for the Children of Gaza” (Malta: Horizons, October 2024) huwa ġabra ta’ 42 poeżija oriġinali ta’ Ahmed Miqdad u John P. Portelli li juru dak li l-kittieba għaddew minnu mis-7 ta’ Ottubru lill hawn. Il-poeżiji nkitbu fi żmien ta’ taqtigħa: Miqdad minħabba l-oppressjoni nġusta u bla heda tal-Iżrael sa mill-1948; Portelli minħabba l-kanċer. Il-poeti jaqsmu magħna djalogu poetiku li juri sewwa dak li kienu għaddejin minnu, u fl-istess ħin juru s-support li taw lil xulxin.
Skont Ghassan Zaqtan, kittieb Palestinjan magħruf internazzjonalment u rebbieħ ta’ ħafna premjijiet letterarji: “Dawn il-poeżiji huma estensjoni tad-destin personali f’ġeografija immaġina u reali. L-intuwizzjoni taż-żewġ poeti tikxef triq fil-ġenb li twassal għall-ħbiberija. Il-poeżiji juru ansjetà li tikber b’mod parallel max-xeni pprovduti sabiex ikollhom dell. L-ansjetà hija s-seħer ta’ dawn il-poeżiji, u tgħaqqad l-immaġinazzjoni tal-poeżija mal-immaġinazzjoni tal-post.”
Il-ġabra tinkludi wkoll daħla qasira imma profonda mill-Professur Jamil Khader li kien Professur tal-Ingliż u Dekan tar-Riċerka fl-Università ta’ Betlehem. Khader kiteb hekk: “In a world where both personal and collective histories are threatened, this collection serves as a testament to the power of poetry to preserve life in the face of death and to give us hope, purpose, and the strength to endure. These poems embody acts of defiance against the forces that seek to erase life.”
Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mingħand Horizons Malta u l-ħwienet tal-Agenda. Il-ktieb se jkun għall-bejgħ ukoll fil-Festival tal-Ktieb Malti. Il-qligħ mill-bejgħ ta’ dan il-ktieb se jingħata lil Gaza.
//= $special ?>